Servizz ġdid tat-Tallinja fuq ir-rotta 300 fit-8:15pm minn Mater Dei
Mis-7 ta’ Ottubru 2026, Malta Public Transport introduċiet servizz ġdid fuq ir-rotta 300, li jitlaq mill-Isptar Mater Dei fit-8:15pm fid-direzzjoni Lascaris.
Dan is-servizz huwa ta’ benefiċċju partikolari għall-istudenti Għawdxin li jkollhom lectures, xogħol jew impenji oħra sa tard fil-ġurnata. B’hekk, l-istudenti issa għandhom għażla oħra biex jaslu sat-Terminal tal-Fast Ferry fil-Belt Valletta, mingħajr ma jkollhom għalfejn jitilqu kmieni mill-Università jew minn impenji oħra biex jaqbdu karozza tal-linja aktar kmieni jew ikollhom jirrikorru għal taxi.
Din kienet waħda mit-talbiet li l-Gozo University Group (GUG) ressaq waqt il-laqgħa mal-Prim Ministru ta’ Malta u l-Ministru għal Għawdex, bl-għan li jittejbu l-konnessjonijiet tat-trasport għall-istudenti Għawdxin.
Il-GUG jilqa’ l-introduzzjoni ta’ dan is-servizz li joffri għażla addizzjonali ta’ trasport pubbliku lill-istudenti Għawdxin u jappoġġja miżuri li jtejbu l-mobbiltà għall-istudenti Għawdxin. Minkejja li s-servizz diġà qed jopera, l-informazzjoni fuq l-app Tallinja u Google Maps tista’ tieħu madwar erba’ ġimgħat biex tiġi aġġornata. Għaldaqstant, is-servizz se jkun qed jopera anke jekk għadu mhux jidher fuq dawn il-pjattaformi.
Il-GUG se jkompli jaħdem u jressaq proposti favur miżuri li jtejbu l-konnettività u l-aċċessibbiltà għall-istudenti Għawdxin.
__________________________________________________________________________________
New Tallinja Route 300 service at 8:15pm from Mater Dei
As of 7 October 2026, Malta Public Transport has introduced a new Route 300 service departing from Mater Dei Hospital at 8:15pm towards Lascaris.
This new service is particularly beneficial to Gozitan students who have lectures, work or other commitments until late. It gives them another option to get to the Valletta Fast Ferry without having to leave early to catch an earlier bus or rely on a taxi to get there.
This was one of the requests put forward by the Gozo University Group (GUG) during its meeting with the Prime Minister of Malta and the Minister for Gozo, with the aim of improving transport connections for Gozitan students.
GUG welcomes the introduction of this service, which provides an additional public transport option for Gozitan students and gives them greater flexibility when travelling between Malta and Gozo. Please note that although the service is already operating, the information on the Tallinja app and Google Maps may take around four weeks to be updated. The service will therefore be running even if it is not yet showing on these platforms.
GUG will continue to advocate for measures that improve connectivity of Gozitan students.
Leave A Comment