GUG welcomes student measures in Budget 2026

🇬🇧

The Gozo University Group (GUG) welcomes a number of positive measures announced in the Budget 2026 that directly benefit students, particularly those from Gozo.

GUG is pleased to note the 15% increase in stipends for all students, which recognises the growing costs faced by students pursuing higher education. The Group also welcomes the introduction of six months of free gym access for more youths, which promotes student well-being and a healthy lifestyle.

Importantly, GUG acknowledges the €280 grant for Gozitan students studying in Malta, a measure that directly supports Gozitan students who continue to face additional expenses when studying away from home. GUG also welcomes the incentives for the use of AI, which encourage innovation and digital skills among young people and students.

Furthermore, GUG welcomes the announcement of a new ferry service connecting Sliema, Buġibba, and Gozo, which is expected to improve connectivity and provide more convenient transport options for Gozitan students travelling to and from Malta.

GUG expresses its appreciation for these initiatives, which reflect an investment in students’ education, health, mobility, and future opportunities. The Group looks forward to further dialogue to ensure that the needs of Gozitan students remain a priority in future policies, while continuing to address other challenges that Gozitan students still face.

 

🇲🇹

Il-Grupp Universitarju Għawdxin (GUG) tilqa’ numru ta’ miżuri pożittivi mħabbra fil-Baġit 2026 li jibbenefikaw direttament lill-istudenti, b’mod partikolari studenti Għawdxin.

Il-GUG tinsab sodisfatta biż-żieda ta’ 15% fl-istipendji għall-istudenti kollha, li tirrikonoxxi l-ispejjeż dejjem jikbru li jiffaċċjaw l-istudenti waqt li jkomplu l-istudji tagħhom. Il-Grupp jilqa’ wkoll l-introduzzjoni ta’ sitt xhur gym bla ħlas għal aktar żgħażagħ, miżura li tippromwovi saħħa aħjar u stil ta’ ħajja aktar bilanċjat fost l-istudenti.

B’mod partikolari, il-GUG tirrikonixxi l-għotja ta’ €280 lill-istudenti Għawdxin li jistudjaw f’Malta, miżura li tappoġġja direttament lill-istudenti Għawdxin li jkomplu jħabbtu wiċċhom ma’ spejjeż addizzjonali meta jistudjaw ’il bogħod mid-dar. Il-GUG tilqa’ wkoll l-inċentivi għall-użu tal-AI, li jħeġġu l-innovazzjoni u l-iżvilupp ta’ ħiliet diġitali fost iż-żgħażagħ u l-istudenti.

Barra minn hekk, il-GUG tilqa’ l-pjan ta’ servizz ġdid ta’ ferry bejn Sliema, Buġibba u Għawdex, li mistenni jtejjeb il-konnettività u jipprovdi aktar għażliet ta’ trasport konvenjenti għall-istudenti Għawdxin li jivvjaġġaw bejn Għawdex u Malta.

Il-GUG tesprimi l-apprezzament tagħha għal dawn l-inizjattivi, li jirrappreżentaw investiment fl-edukazzjoni, is-saħħa, il-mobilità u l-futur tal-istudenti. Il-Grupp jħares ’il quddiem għal aktar djalogu sabiex il-bżonnijiet tal-istudenti Għawdxin jibqgħu prijorità fil-futur, filwaqt li jibqgħu jiġu indirizzati ukoll sfidi oħra li l-istudenti Għawdxin għadhom jaffaċċjaw.

2025-10-28T09:53:55+00:00October 28th, 2025|Categories: News|0 Comments

Leave A Comment

QUICKLINKS