President Report

Wara erbaʼ snin fil-GUG u fl-aħħar sena tieghi bhala studenta universitarja, fl-ahhar wasalt biex nagħlaq dan il-kapitlu tʼ attiviżmu studentesk taʼ ħajti. Kienu erbaʼ snin tal-ġenn, fejn għamilt hbieb u memorji li nibqa’ ngħożż għal ħajti kollha. Għaddejt minn diversi esperjenzi fejn kelli ċ-ċans nieħu tagħlima minnhom u għal dak jiena grata lejn din l-organizazzjoni, speċjalment fʼdin l-aħħar sena tiegħi bħala president taʼ dan l-eżekuttiv fejn tgħallimt ħafna affarijiet, speċjalment l-importanza tal-paċenzja li trid tieħu – ħeq hm Papru.

Bdejna is-sena tagħna bʼfarmhouse fejn dħalna go fiha bħala strangers lejn xulxin, imma ħrigna bħala familja tal-GUG. Permezz taʼ dan il-farmhouse sirna aktar close ma’ xulxin, u nemmen li dan kienet wiehed mill-fatturi ghaliex dis-sena kienet sena taʼ suċċess fil-GUG. Fʼdan il-farmhouse għamilna l-pjan tal-kalendarju tal-GUG fejn qsamna l-ideat tagħna ma xulxin u ppruvajna nippjanaw l-affarijiet minn qabel kemm stajna. (Għal min ma jafx, il-preparazzjoni għall-ballu tibda mis-sajf).
Dis-sena xtaqna nimlew il-kalendarju tal-GUG fis-sajf, fejn is-soltu ma konniex nagħmlu events, dis-sena rnexxielna nagħmlu żewg events li kienu taʼ success kbir; ċioe il-Football Tournament, li kienet idea brillanti tal-Papru, u l-Bingo, Booze, BBQ, u kif ukoll ipparteċipajna fi clean up ġewwa r-Ramla. Il-BBQ tas-sajf kienet l-ewwel event tagħna fejn kellna ħafna preparazzjonijiet minn qabel li kellhom isiru ma’ xulxin bħala team, u meta rajt it-teamwork li sar ghal dak l-event, u kemm ħdimna sew ma’ xulxin u fejn kulħadd taha sehemu fejn setgħa, ħassejtni kunfidenti li l-bqija tas-sena ħa tkun l-istess. Nibqa’ niftakar fʼnofsillejl meta konna qed niġbru kollox u rajna li kellna ħafna ikel leftover, jien u Chantelle morna dawra san-naħa l-oħra tʼGħawdex bil-couscous ġol-karozza ħa ntawhom donazzjoni lill-Arka, li jahasra fetħulna l-bibien tagħhom fʼnofs taʼ lejl.

Ġimgħa wara kellna Freshers Week, u bi kburija ngħid li dis-sena ksibna rekord tal-iktar memberships fil-GUG, bʼammont ta 135 memberships. Ki jkolli ngħid il main selling point kienet id-diżinn tat-tote bag, li kienet idea li bdiet is-sena l-oħra minn Christine, fejn permezz taʼ dan stajna nagħtu pjattaforma għat-talenti taʼ studenti Għawdxin, li dis-sena kienet Yanica Grech. Fʼnofs Freshers Week dejjem ikollna il-famuż Wicked Wednesday u grata li fl-aħħar, wara lejl Wicked fil-bidu tas-sena skolastika, ma kellix għalfejn immur narma l-istand tal-freshers l-għada (pleasures yet to come għall-applikanti preżenti). Dis-sena għamilna total taʼ 4 Wickeds u erġajna komplejna l-event taʼ Ritzu Saturdays li nbdiet is-sena l-oħra u introduċejna l-event taʼ Tequila Tombla ġewwa r-Ritz, l-aħħar waħda kienet ilbieraħ, and I am happy to see some familiar faces mill-event.

Moving on, nixtieq nitkellem fuq il-ballu taʼ dis-sena, li ki jkolli ngħid in my totally biased opinion, kien ballu mill-isbaħ. Nixtieq nieħu dil-opportunita’ biex nghid sorry lil kull min għajjat miegħu fil-gimgħatejn leading up to the event, mhux vera kont innervjata magħkom, that was just the stress talking. Nixtieq ngħid thank you lil kulhadd mill-exec talli you all went above and beyond biex għintu fil-preparazzjonijiet kollha tal-ballu, specjalment Pearl, li konna ilna mis-sajf inċemplu n-nies u naraw ħabba venue, DJs, band, drinks etc. U huwa ħabba din il-collective effort, li ħrigna bʼevent mill-isbaħ.
L-ahhar event kbir tal-GUG kien Gozo Week, fejn mlejna l-gimgħa bʼdiskussjoni bl-isem taʼ Bridging the Gap, għamilna collab mal-GhMU fuq taħdita dwar Profs Agius de Soldanis, giegħelt lill-għarus tiegħi jaghmlilna il-Brilli from scratch ħalli nkunu nistgħu nilgħabu logħob tradizzjonali Għawdxi ġewwa quad, stedinna lill-Fuklar Folk Group biex jiġu jdoqqu u joħolqu atmosfera sabiħa fil-quad u bħala parti wkoll minn Gozo Week, għamilna video fejn tajna realistic advice lil studenti tas-Sixth Form li waslu biex jagħżlu l-korsijiet tagħhom l-universita’. Nista ngħid li din l-aħħar inizjattiva kienet taʼ suċċess kbir u dan peress li għandu ‘l fuq minn sebat elef view fuq il-Facebook tagħna.

Fid-diskussjoni tagħna, li giet ppreżentata by our very own Matthias Mercieca u liema diskussjoni ġiet ukoll mxandra fuq RTK Radio Station, irnexxielna inġibu lil Ministru Clint Camilleri, is-Shadow Minister Alex Borg, lill-Profs Cassola u lil Perit Antoine Zammit. Permezz taʼ din id-diskussjoni ġiet imħabbra l-ftuħ tat-tender għar-raba vapur, u kburija li permezz taʼ dan l-event stajna inkomplu d-diskussjoni fil-pajjiż rigward il-konnettivita’ għal Għawdex, għaliex nemmen li ħaqqna aħjar u li għandna nkomplu l-pressure fuq il-konnettivita’ avolja issa it-timetable tal-Fast Ferry u l-X300 tjiebet, ma jfissirx li mhemmx room for improvement bħal forsi aktar ħinijiet għat-300, specjalment il-Ħadd, iżda issa ser nħalli dan ix-xogħol fidejn l-eżekuttiv li jmiss.

Jiena kont bejn ħaltejn is-sena l-oħra jekk irridx noħrog għal President tal-GUG, iżda issa li spiċċajt t-terminu tiegħi, nista’ nghid li għamilt id-deċizjoni t-tajba. Avolja kienet sena ta stress u panic, kieku ma kontx insir naf dan l-eżekuttiv preżenti quddiemi. Tul din is-sena rajtkhom kbirtu fl-irwoli tagħkom u fejn stajt, ppruvajt nagħtikhom push sabiex titgħallmu u jkollkhom aktar esperjenzi li żgur jiswewkhom. Grazzi lill-aħħar GUG family tiegħi talli tajtuni sena mill-isbaħ u li kieku ma npartata ma xejn, napprezzakhom kollha immens.

Nathalia Borg

GUG President

2025-05-07T17:20:01+00:00May 7th, 2025|Categories: News|0 Comments

Leave A Comment

QUICKLINKS